Mistennija jibdew mill-ġdid it-taħditiet dwar il-'backstop' | One News

Notifiki

Mistennija jibdew mill-ġdid it-taħditiet dwar il-‘backstop’

Il-Ministri tar-Renju Unit mistennija jkomplu bl-isforzi tagħhom biex jassiguraw it-tibdil għall-ftehim ta’ Brexit ta’ Theresa May li jista’ jġib l-appoġġ tal-membri parlamentari fi żmien ġimgħa.

Is-segretarju ta’ Brexit, Stephen Barclay u l-avukat ġenerali, Geoffrey Cox se jiltaqgħu ma’ uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi Brussell fi tfittxija għal garanziji fuq il-pjan ta’ ‘backstop’ biex tevita kontrolli tal-fruntieri fl-Irlanda.
Il-membri parlamentari mistennija jivvuttaw fuq il-ftehim sat-tnax ta’ Marzu li ġej.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend