Azzjoni ta’ infurzar favur l-ambjent fit-Trejqa tal-Virtù fir-Rabat – One News

Notifiki

Azzjoni ta’ infurzar favur l-ambjent fit-Trejqa tal-Virtù fir-Rabat

Wara investigazzjonijiet mid-Direttorat tal-Infurzar tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi f’dawn l-aħħar jiem, irriżulta li meded tat-Trejqa tal-Virtù fir-Rabat u ta’ trejqa rurali oħra, ġew imwessgħin konsiderevolment fil-wied li kien jgħaddi maġenbhom.

Bnadi minn dawn it-trejqiet issa ġew għandhom żewġ karreġġjati u l-wied spiċċa qisu trinka ta’ maġenb triq.

Minħabba f’dawn ix-xogħlijiet, irriżulta li kien hemm qerda tal-ambjent naturali konsegwenza tat-tqegħid ta’ materjal ta’ kostruzzjoni fuq art li qabel kienet ikkolonizzata b’vegetazzjoni naturali, u bidla fiżika tal-profil ta’ wied u tal-korsa naturali tan-nixxiegħa tal-ilma.

Apparti minnhekk dawn ix-xogholijiet kollha qed isiru minghajr il-permessi necessarji mill-istess Awtorità.

Konsegwentement iktar kmieni illum, l-uffiċċjali tal-Awtorità ħarġu ordni ta’ waqfien (verbal stop order) verbali lill-kuntrattur – Galletta Construction Limited, u lill-Infrastructure Malta, skont il-provvedimenti tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent, filwaqt li iktar tard inħareġ ukoll Ordni ta’ Waqfien u Konformità (Stop and Compliance Order) formali – OWK0015/19 li li gie nnotifikat u huwa applikabbli mill-illum stess.

Ġiet infurmata ukoll l-Awtorità tal-Ippjanar bil-każ.

Intant, l-Awtorità għal-Ambjent u r-Riżorsi qiegħda tinvestiga diversi każijiet oħrajn ta’ interventi fuq toroq rurali u mhumiex, fosthom f’Wied is-Sewda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend