Żagħżugħ ta’ 26 sena ndarab gravi filwaqt li mara u żewġt irġiel ndarbu ħafif wara argument li fih allegatament intużat ħadida fil-Furjana.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tad-21:00 Triq San Publiju, fil-Furjana.
Il-Pulizija mill-Għassa tal-Belt marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li kien għadu kemm seħħ argume nt bejn numru ta’ persuni fl-inħawi tal-Fosos tal-Furjana. Waqt dan l-argument kienet allegament int użat ħadida.
Erba’ persuni ttieħdu ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana minħabba l-ġrieħi li ġarrbu waqt dan l-argument, fejn żewġt irġiel u mara ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ħfief, filwaqt li raġel ta’ 26 sena, resident Ħal Qormi ġie ċċerifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija rigward dan l-inċident għadhom għaddejjin.