Titnaqqaslu s-sentenza ta’ ħabs wara li l-vittma ħafirlu – One News

Notifiki

Titnaqqaslu s-sentenza ta’ ħabs wara li l-vittma ħafirlu

Il-Qorti tal-Appell naqqset bi ftit xhur sentenza ta’ ħabs li ngħatat lil Colin Galea ta’ 27 sena wara li nstab ħati fuq serqa, bil-vittma tagħżel li taħfirlu.

Galea kien instab ħati li seraq u ffroda aktar min ndarba lil Marvic Micallef, li kien riċediv u li kiser kundizzjonijiet tal-Qorti fost oħrajn.

Sakemm jiskonta l-piena ta’ ħabs hu ngħata ordni ta’ trattament għal tliet snin biex jegħleb il-vizzju tad-droga. Galea appella mis-sentenza mogħtija lilu mill-qorti tal-Maġistrati fuq diversi fatturi.

Wara li qieset il-fatturi kollha, fosthom il-fatt li l-vittma ħafritlu waqt li kienu għaddejjin il-proċeduri, il-Qorti tal-Appell ippreseduta mill-Imħallef Giovanni Grixti, naqqset il-piena minn 23 xahar ħabs għal 18-il xahar ħabs filwaqt li rrevokat l-ordni li ma javviċinax lill-vittma u lill-qraba tiegħu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend