Ir-Renju tal-bluha mtappan bil-mewt ta’ żeffiena tal-Karnival – One News

Notifiki

Ir-Renju tal-bluha mtappan bil-mewt ta’ żeffiena tal-Karnival

Ir-Renju tal-bluha jinsab imtappan wara t-telfa ta’ żeffiena tal-Karnival.

Id-dilettanti tal-Karnival dalgħodu qamu maħsuda wara li saru jafu l-aħbar li żeffiena tal-Karnival, bl-isem ta’ Kelly, ħalliet din id-dinja. 

Kienu bosta persuni li fakkru l-memorja ta’ Kelly b’mumenti mill-isbaħ li qattgħu magħha kemm f’dawn il-jiem ta’ ferħ u briju kif ukoll mumenti oħrajn.

Kelly kienet tħaddan għall-qalbha l-Karnival flimkien mar-raġel tagħha b’dawn il-jiem kienu jkunu tant mistennija minnha biex tgawdih u tferraħ lil ħaddieħor.

Ħbieb u qrabha kitbu kif Kelly kienet mara b’qalb tad-deheb, dejjem lesta biex tgħin u tferraħ lil ħaddieħor u kif din it-telfa se tinħass bil-kbir.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend