Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna u s-Segretarju Parlamentari Silvio sostnew li r-rapporti ppubblikati l-ġimgħa l-oħra mill-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Unjoni Ewropea jagħtu stampa pożittiva dwar Malta u ta’ Gvern li miexi fid-direzzjoni t-tajba f’diversi oqsma.
Il-Ministru għall-Finanzi qal r-rapport tal-IMF magħruf bħala FSAP intalab mill-Gvern, bl-aħħar rapport li sar kien fl-2002. Qal li r-rapport ffoka fuq l-istabbilità finanzjarja ta’ pajjiżna u sab li Malta għandha sistema reżiljenti u b’saħħitha.
Innota l-opinjoni tad-diretturi eżekuttivi tal-IMF li faħħar l-politika tal-awtoritajiet Maltin li waslet għal tkabbir ekonomiku b’saħħtu, ħolqien tax-xogħol u titjib tal-finanzi pubbliċi.
Qal li l-Gvern jirrikonoxxi li għandu sfidi li qed jinidirzzahom bħal dik tal-infrastruttura.
Huwa qal li dan kien imtenni wkoll fir-rapport tal-Unjoni Ewropea fejn jingħad li l-ekonomija Maltija qed tkompli tikber b’mod b’saħħitha. Dwar is-settur bankarju, il-Ministru Scicluna qal li r-rapport tal-Kummissjoni jgħid li s-settur bankarju f’Malta baqa’ b’saħħtu u profittabbli. Qal li l-bażi kapitali hija soda b’likwidità kbira waqt li naqqsu r-riskji mill-kredituri. L-istess jingħad fir-rapport tal-esperti tal-IMF. Saħansitra qal dawn daħlu f’mudell li juri li fl-ikbar maltempata possibbli għall-ekonomija Maltija, is-settur bankarju f’Malta jibqa’ b’saħħtu. Qal li l-Gvern bagħat għall-FSAP li ħareġ ħmistax-il rakkomandazzjoni li juri li Malta qed tindirizza fosthom iż-żieda fis-superviżjoni.
Innota li l-esperti tal-IMF daħlu f’dettall kbir fosthom dwar il-faqar. Qal minn rapport xjentifiku li sar, joħroġ li l-għan tal-Gvern li jnaqqas il-faqar kienet waħda mill-miri importanti għal dan il-Gvern matul dawn l-aħħar ħames snin. Qal li l-esperi tal-IMF qed jirrikonoxxi li dan il-Gvern bil-fatti tul dawn il-ħames snin naqqas il-faqar u n-nies f’rkus ta’ faqar b’mod drastiku mill-elfejn u erbatax sal-lum.
Qal li l-esperti nnotaw li żdiedet il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, tal-persuni b’diżabilità u tal-persuni li kienu ilhom qiegħda. Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri qal li fl-aħħar rapport tal-FSAP sar sbatax-il sena ilu u kien dan il-Gvern li talab li jerġa’ jsir biex jidentifikaw nuqqasijiet biex jittieħdu miżuri dwarhom. Qal li l-esperti tal-IMF kienu talbu lill-Gvern biex jagħmlu eżami tas-sistema tagħna fl-2013.
Qal li r-rapporti ma tistax teħodhom għal rashom. Innota li fl-2013, fl-aħħar sena ta’ Gvern Nazzjonalista l-IMF semma sbatax-il darba l-ħtieġa ta’ miżuri kontra l-ħasil tal-flus. Qal li fir-rapport ta’ din is-sena dawn niżlu għal sitta għax ittieħdu bosta miżuri fl-aħħar snin.
Innota li l-esperti tal-IMF irrikonoxxew il-miżuri li ħa l-Gvern fil-qasam tas-superviżjoni.
Innota tnaqqis fid-dejn, is-surplus fil-finanzi pubbliċi, it-tkabbir ekonomiku u tnaqqis fil-qgħad.
Qal li fl-aħħar sena ta’ Gvern Nazzjonalista Malta kellha sitt oqsma ewlenin li l-pajjiż kien jeħtieġ li jieħu azzjonijiet dwarhom li tlieta minnhom ma kienet ittieħdet ebda azzjoni dwarhom. Qal li dawn naqsu għal tnejn. Qal li waħda minnhom il-Gvern mhu se jwattaqha qatt għax ma jaqbilx li jkompli jżid l-età tal-irtirar.
Huwa elenka lista ta’ miżuri li ħa l-Gvern biex jirriforma l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjajri biex jindirizza t-tieni rakkomandazzjoni tal-Unjoni Ewropea biex ittejjeb is-superviżjoni tagħha fosthom bit-tneħħija r-reġistru tal-kumpaniji mill-MFSA. Semma li l-Mfsa għaddiet minn proċess rigoruz ta’ trasformazzjoni b’liġijiet fil-parlament fosthom billi ddahhal il-kumitat ezekuttiv. Qal li f’Novembru, il-Gvern daħħal emenda fil-liġi biex issa ghandna kumitat indipendenti.
Qal li l-Gvern se jinkludi l-aħħar rakkomandazjzonijiet f’zewġ abbozzi ta’ liġijiet li mistennija jgħaddu mill-istadju tat-tielet qari fil-ġimgħat li ġejjin. Huwa nnota li kien dan il-Gvern li beda jsaħħaħ l-indipendenza tal-MFSA tant li llum tiddeċiedi hi lil min timpjega u l-budget meħtieġ.