Kumitat tal-kamra tar-Rappreżentanti tal-Istati Uniti qed ifittex dokumenti li qed jallegaw l-ostaklu tal-ġustizzja, il-korruzzjoni u l-abbuż tal-poter mill-President Donald Trump u l-istaff tiegħu.
Iċ-chairman tal-kumtat ġudizjarju, Jerrold Nadler qal li 60 individwu u entità se jkunu qed jirċievu ċitazzjonijiet minn nhar it-Tnejn li ġej.
Min-naħa tiegħu, l-President Trump konsistentement ċaħad kwalunkwe imġieba ħażina u akkuża lid-Demokratiċi li qed iwettqu komplott kontrieh.