Kuluri, kostumi u karrijiet – dawn huma affarijiet sinonimi maż-żmien tal-Karnival. Il-Ħadd, fit-tielet ġurnata ta’ din il-festa kompla l-briju fil-Belt Valletta. Fejn waranofsinhar ingħata bidu għall-proġramm mimli daqs bajda tal-isfillata tal-karnival.
Waqt dan il-programm, diversi karrijiet akkumpanjati miż-żeffiena daru madwar it-toroq tal-Belt Valletta, fejn il-qofol kien fi Pjazza San Ġorġ, biż-żeffiena jagħtu spettaklu mill-isbaħ lil dawk preżenti.
ONE News tkellem ma’ dawk li kienu qed jagħtu spettaklu, fejn stqarrew magħna li jkunu ilhom jistennew dan iż-żmien mill-għada li jispiċċa l-Karnival.
Abigail Cauchi li hi żeffiena qalet: “Dan huwa it-12 -il karnival tiegħi inkun ilni nistennih mill-għada ta’ meta nispiċċa, inkunu ilna min Settembru biex naslu sal-llum.”
Kylie Debono żeffiena oħra qalet: “L-ewwel sena tiegħi tajjeb sa nibqa’ nieħu sehem naħseb.”
Roderick Zerefa, Team Leader tal-grupp Toto & Perzuta qal ma’ ONE News kif din is-sena hija t-12 -il sena tiegħu, u dan iż-żmien ikun l-isbaħ żmien tas-sena għalih.
Roderick Zerafa qal: “Tistennih dejjem, dan huwa ħajjitna eċitat kbir, inkun mitluf l-isbaħ żmien tal-karnival huwa l-maħżen, inti u tippreparah, għax it-tim huwa l-familja tiegħi, naħdmu kollha id f’id”.