Mijiet ta’ nies niżlu fit-toroq jipprotestaw kontra l-President Alġerin Abdelaziz Bouteflika li qed jippjana li jidħol għall-5 terminu tiegħu fl-uffiċċju.
Dan sar ftit biss qabel ma’ tasal fi tmiemha r-reġistrazzjoni tal-kandidati.
Studenti universitarju fil-kapitali tal-pajjiż inżammu magħluqa wara gradi msakkrin mill-pulizija.
Ix-xahar li għadda, Bouteflika, li għandu 82 sena qal li se jerġa’ jikkontesta u kienet din id-dikjarazzjoni li wasslet għal dawn il-protesti.