Is-Segretarju Internazzjonali tan-Negozju, Liam Fox laqa’ offerta ġdida mill-membri tal-partit konservattiv Ingliż li jappoġġjaw Brexit bħala attentat ġenwin biex isibu territorju komuni.
Il-grupp ta’ riċerka Ewropew li jappoġġja l-Brexit ħejja tliet testijiet li Theresa May trid tgħaddi minnhom biex tassigura l-appoġġ għall-ftehim tagħha mal-Unjoni Ewropea.
Theresa May wegħdet lill-membri parlamentari Ingliżi vot fuq il-ftehim tagħha fil-jum tat-12 ta’ Marzu jew qabel.
It-tliet testijiet minn aktar minn 8 avukati li jappoġġjaw Brexit, huma meqjusa bħala pass ‘il quddiem fil-pożizzjoni preċedenti b’rabta mal-backstop Irlandiża.