Ir-raġel Olandiż ta’ Shamima Begum, li ngħaqad mal-Istat Iżlamiku fis-Sirja fl-2015 qal li jixtieq li Shamima tmur lura l-Olanda miegħu.
Yago Riedijk, ir-raġel ta’ Begum ammetta li kien jissapportja dan il-grupp u jixtieq li martu u binhom li għadu tat-twelid, jirritornaw l-Olanda.
Riedijk, li għandu 27 sena, qed jinżamm fiċ-ċentru tad-detenzjoni Kurd fis-Sirja.
Huwa qed jaffaċċja sentenza ta’ 6 snin talli ngħaqad ma’ din l-organizzazzjoni.