L-Istati Uniti u l-Korea t’isfel kkonfermaw li mhux se jkomplu jwettqu eżerċizzji militari fuq skala kbira minħabba li dawn l-istess eżerċizzji dejjem urtaw lill-Korea ta’ fuq.
Numru ta’ eżerċizzji ġew sospiżi s-sena li għaddiet wara li l-president tal-Istati Uniti, Donald Trump iltaqa’ ma’ Kim Jong un.