F’Londra tkompli l-mewġa ta’ omiċidji matul din il-ġimgħa. Dan hekk kif tfajla ta’ sbatax il-sena inqatlet f’Havering Park f’Londra.
Il-każ seħħ il-ġimgħa filgħaxija meta xi persuni semgħu għajjat ta’ tfajla u argumenti.
Il-midja Ingliża sostniet li jidher li f’Londra qed tittieħed id-drawwa li diversi tfal iġorru s-skieken magħhom.
Dan il-qtil seħħ wara li aktar kmieni din il-ġimgħa nqatel żagħżugħ ta’ għoxrin sena u l-ġimgħa l-oħra nqatlu żewġ żgħażagħ ta’ dsatax u tlieta u għoxrin sena.
F’dan id-dawl aktar kmieni din il-ġimgħa il-Pulizija f’Birmingham introduċiet poteri li permezz tagħhom l-uffiċjali jistgħu jagħmlu għadd ta’ tfittxijiet fuq persuni. ///