Ċifri tal-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat juru li f’Jannar li għadda Malta kellha s-6 l-inqas rata ta’ qgħad fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Ir-rata ta’ qgħad f’Malta kienet ta’ 3.8%, in-nofs tal-medja fiż-Żona Ewro li kienet ta’ 7.8%.
Kienu biss il-Polonja, l-Olanda, l-Ungerija, il-Ġermanja u r-Repubblika Ċeka li kellhom rata ta’ qgħad ftit inqas minn ta’ Malta.
Min-naħa l-oħra, il-Greċja, Spanja, l-Italja u Franza kellhom l-ogħla rata ta’ qgħad fost it-28 stat membru Ewropew.
Il-Eurostat qal ukoll li Malta kellha wkoll fost l-inqas rati ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ ta’ taħt il-25 sena.