Qaleb għall-aħjar, it-tifel ta’ 7 snin, mill-Qala Għawdex, li l-Ħamis kellu jiddaħħal b’urġenza l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ħelikopter wara li waqa’ minn fuq ċint f’Għajnsielem.
L-inċident seħħ l-Erbgħa li għadda għall-ħabta tas-6.30pm fi Triq ix-Xatt f’Għajnsielem.
It-tifel li ġarrab ġrieħi serji f’rasu għadda sigħat fit-Taqsima tal-Kura Intensiva iżda issa jinsab rikoverat fis-sala tat-tfal tal-isptar.