Wasal iż-żmien li nibdew id-diskuzzjoni dwar ir-right to disconnect.
Li jfisser li meta persuna titlaq mix-xogħol, ma tibqax tirċievi emails relatati max-xogħol.
Ħabbret dan il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Helena Dalli.
Qalet li din tista tkun soluzzjoni sabiex nindirizzaw it-telf tan-nisa mid-dinja tax-xogħol.
Il-Ministru Dalli ħabbret ukoll li se jibda’ djalogu soċjali fi ħdan l-employment relations board fuq id-direttiva dwar il-bilanċ bejn il-ħajja privata u x-xogħol.
Il-Ministru tenniet l-impenn tal-Gvern li jkompli jsaħħaħ il-bilanċ kif diġà beda jagħmel biż-żieda ta’ jumejn leave bħala kumpens għall-festi pubbliċi li jiġu fit-tmiem il-ġimgħa.