Din hija storja straordinarja ta’ kif ħuta enormi, b’apparenza mhux tas-soltu telgħet fuq il-bajja fin-Nofsinhar ta’ California.
Il-ħuta qajjmet bosta kurżità minħabba l-fatt li hi tgħix in-naħa l-oħra tad-dinja.
Il-ħuta li għandha dimensjonijiet enormi telgħet fir-Riżerva tal-faħam u ż-żejt f’Santa Barbara l-ġimgħa l-oħra.
Ix-xjenzati għall-ewwel ħasbu li kienet simili għall-ispeċi msejjħa sunfish, sakemm dehru xi ritratti fuq is-sit tan-natura u l-esperti ħasbuha xort’oħra.
Dak li ħareġ mir-riċerka ssorprenda lil kulħadd minħabba li din l-ispeċi ta’ ħuta qatt ma dehret qabel fl-Istati Uniti.
Il-ħuta hija tat-tip hoodwinker sunfish.