Voluntier li jagħmel xogħol missjunarju fl-Afrika, ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €10,000 wara li tressaq il-qorti mixli li qarraq b’nutar biex jikseb ipoteka fuq propjetà li kien se jbigħ.
Ian Camilleri, ta’ ħamsin sena minn Tas-Sliema, kien investigat mill-iskwadra tar-reati ekonomiċi li ssuspettat li l-akkużat uża mezzi qarrieqa biex jakkwista ‘l fuq minn €5,000.
Camilleri wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrieh.
Huwa ġie ordnat jiffirma l-għassa tal-pulizija darbtejn fil-ġimgħa filwaqt li ġie pprojbit milli jitlaq minn Malta.