Impjegat ta’ kumpanija tat-teknoloġija Svediża ġie arrestat it-Tlieta filgħaxija fi Stokkolma – l-Iżvezja – fuq suspetti li kien qed jispija għar-Russja.
Il-midja Żvediża ippubblikat filmat li allegatament juri lis-suspettat jittieħed ’il barra minn restorant wara li ltaqa’ ma’ kuntatt tiegħu.
Intqal ukoll li persuna oħra kienet arrestata, imma mbad inħelset wara li talbet l-immunità diplomatika.
Hu maħsub li s-suspettat kien qed jgħaddi xi informazzjoni, u hu mifhum li l-attivitajiet illegali ilhom iseħħu mill-2017.