Il-Pulizija b’investigazzjoni dwar Sqalli li allegatament iffroda eluf ta’ ewro – One News

Notifiki

Il-Pulizija b’investigazzjoni dwar Sqalli li allegatament iffroda eluf ta’ ewro

Il-Pulizija qed tinvestiga rapporti ta’ frodi fil-konfront ta’ Fabrizio Scire’, n-negozjant Sqalli li qed jallega li s-Sibt li għadda ġie aggredit flimkien ma’ ibnu minn sitt pulizija f’Ħaż-Żebbuġ.

Sorsi qrib ONE News qalu li l-Isqalli allegatament iffroda eluf ta’ ewro wara li pprova jħallas b’ċekkijiet li ma jissarrfux. 

Żiedu jgħidu li dakinhar filgħodu qabel seħħ l-allegat tal-inċident f’Ħaż-Żebbuġ, l-Isqalli qala’ kommossjoni sħiħa fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei, wara li dakinhar filgħodu ilmenta li kellu xi wġiegħ f’sidru.

Dan wara li tgħarraf li kellu jħallas mitt ewro għas-servizz li talab li rriżulta wkoll li kellu kont pendenti mal-Isptar Mater Dei. Kien hawn li allegatament, ir-raġel qabad jgħajjat u ppretenda li jieħu s-servizz b’xejn.

L-istess sorsi allegaw li l-Isqalli ħadha mat-tobba u l-ħaddiema tal-Isptar u kien b’intervent f’waqtu tal-pulizija stazzjonati fl-Emerġenza li kkalmaw is-sitwazzjoni tant li mistennija jittieħdu passi kontrih.

Ma’ ONE News l-Ispettur Sandro Camilleri, saħaq li l-allegazzjonijiet li għamel Scire’ huma infondati. Qal li l-filmat ma ntweriex kollu u li kien l-iSqalli li aġixxa b’mod aggressiv mal-pulizija meta qabad uffiċjal minn għonqu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend