Ħati li għamel rapport falz kontra tliet Pulizija – One News

Notifiki

Ħati li għamel rapport falz kontra tliet Pulizija

Raġel ta’ 38 sena minn Ħal Għaxaq ingħata sentenza ta’ sitt xhur ħabs sospiżi għal sena wara li l-Qorti sabitu ħati li għamel rapport falz kontra tliet Uffiċjali tal-Pulizija.

Il-każ imur lura għas-6 ta’ Settembru 2016, meta r-raġel allega li ssawwat minn tliet Pulizija waqt li kien fil-lokalità fejn jgħix. Minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li dan ma kienx minnu, u r-raġel tressaq il-Qorti mixli li akkuża lill-Pulizija bil-ħsieb li jagħmlilhom il-ħsara, akkużahom quddiem awtorità kompetenti b’reat meta kien jaf li huma innoċenti, fost akkużi oħra.

Il-Ħamis, il-Qorti sabet lir-raġel ħati ta’ dawn l-akkużi u ordnat li jingħata sitt xhur priġunerija sospiżi għal sena.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Justin Camilleri.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend