Aktar minn 100 kumpanija tibda l-operat f’Malta – One News

Notifiki

Aktar minn 100 kumpanija tibda l-operat f’Malta

F’dawn l-aħħar sitt snin, iċ-Ċentru Innovattiv tal-Microsoft kien ta’ għajnuna biex biex aktar minn mitt kumpanija teknika bdew l-attività ekonomika tagħha f’Malta.

Dan ġie żvelat minn Mary Downing li hija l-Manager taċ-Ċentru bbażat Malta li għandu l-għan li jgħin lil dawk li jiżviluppaw is-software, lill-professjonisti fl-informatika, studenti universitarji u anke imprendituri.

Ma’ ONE News, is-Sinjura Downing semmiet kif iċ-ċentru innovattiv joffri edukazzjoni għolja u jgħindhom jużaw l-infrastruttura tal-Microsoft.

Fl-isfond li Malta tinsab fuq quddiemnett f’dak li għandu x’jaqsam mat-teknoloġija diġitali u l-innovazzjoni, s-Sinjura Downing qalet li matul din is-sena l-kumpanija qed tiffoka aktar fl-intelliġenza artificjali:

F’konferenza ta’ ġurnata dwar l-intelliġenza artifiċjali, ONE News ħa l-kummenti ta’ Andrew Naudi, wieħed mid-diretturi tal-kumpanija NOUV fejn spjegalna kif l-Intelliġienza Artifiċjali fil-qasam tal-logħob tista tintuza sabiex tħares lil min jilgħab.

Il-konferenza ġiet indirizzata wkoll mis-Segretarju Parlamentari għall-Ekonomija Diġitali Silvio Schembri li ħabbar li f’Marzu li ġej, it-Taskforce Malta.AI se ttella’ workshop ta’ konsultazzjoni pubblika li se jagħti aktar dettalji u jiddiskuti l-istrateġija nazzjonali ta’ dan il-gvern dwar l-intelliġenza artifiċjali. Qal li L-għan ewlieni huwa li Malta tkun fost l-aqwa għaxar pajjiżi fid-dinja b’politika dwar l-Intelliġenza Artifiċjali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend