Minn tal-inqas 25 persuna nqatlu u 50 indarbu wara nirien qawwija li ħakmu stazzjon tal-ferrovija fil-Kajr.
Sorsi tas-sigurtà qalu li n-nirien bdew meta ferrovija laqtet waħda mill-postijiet fejn jistennew in-nies fl-istazzjon ċentrali ta’ Ramses.
Jidher li kien it-tank tal-fjuwil tal-ferrovija li sploda wara l-ħabta u li kkawża n-nirien.
Il-Prim Ministru Eġizzjan, Mostafa Madbouli mar fuq il-post fejn seħħ il-każ, bil-kawża tal-ħabta għadha ma ġietx stabbilita.