Ma sabitux ħati ta’ akkużi ta’ vjolenza domestika – One News

Notifiki

Ma sabitux ħati ta’ akkużi ta’ vjolenza domestika

Il-Qorti tal-Appell Kriminali ma sabitx ħati lil raġel li kien tressaq il-Qorti b’akkużi ta’ vjolenza domestika u li hedded lil martu fl-2016.


Hu mifhum li l-akkużat appella mis-sentenza wara li nstab ħati mill-ewwel Qorti.

Il-Qorti tal-Appell Kriminali nnota li x-xhieda li tat mart l-akkużat waqt l-appell kienet differenti minn dik li tat fl-ewwel Qorti, u allura ma kienx ċar jekk l-ewwel Qorti tatx sentenza adekwata u raġjonevoli f’dan il-każ.

Hawnhekk, l-Imħallef Giovanni Grixti qal li depożizzjonijiet li jsiru waqt il-proċeduri fil-Qorti għandhom ikunu rreġistrati biex tkun evitata konfużjoni fi stadju ta’ appell.

Il-Qorti tal-Appell ma sabet lir-raġel ħati ta’ ebda akkuża.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend