Veteran tat-tieni gwerra dinjija talab biex jibgħatulu 100 kartolina minħabba li għalaq 100 sena.
Joe Cuba jgħid li hu eċitat ħafna li irċieva eluf ta’ kartolini minn madwar id-dinja.
Ritratt ta’ Cuba qed iżomm l-appell tiegħu ġie maqsum ma’ eluf ta’ nies fuq is-siti soċjali.
S’issa huwa rċieva 10,000 kartolina u għadu ma għalaqx sninu.
Joe qal li ma kienx qed jistenna dawn il-kartolini kollha.
“Irċevejt ħafna u ma nistax nirringrazzja lil kulħadd”.
Kienet Stephanie Veitenheimer, li taħdem fejn joqgħod Joe, fil-komunità ta’ Brookdale Midwestern f’Texas li għamlet l-appell.
Hi staqsietu xi xtaq għall-għeluq sninu u qallha li xtaq li jkun kuntent f’ħajtu.
B’hekk hi ħarġet bl-idea ta’ 100 kartolina.