“Fl-aħħar, fil-ħabs kulħadd huwa stmat l-stess”. Hekk iddikjara Brendan Cachia, priġunier li qiegħed jisskonta t-tieni sentenza tiegħu fid-Divizjoni numru 7 fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Brendan Cachia, priġunier qal: “Kulħadd l-istess m’għadiex teżisti li dawk hemm fuq u int hemm isfel. Mill-ikbar wieħed għall-iżgħar wieħed kulħadd stmat l-istess. Fil-fehma tiegħi u anki ta’ oħrajn.
F’dawn l-aħħar 8 xhur żdiedet sew id-dixxiplina fil-ħabs. Iżda l-priġunieri m’humiex imdejjqin, għax biha jistgħu jirriformaw aħjar.
Huwa kompla billi qal: “Hawn ħafna dixxiplina naqbel ħafna magħha, is-Sur Dalli żied ħafna id-dixxiplina għalkemm iżomm id-dixxiplina jagħtuk iċ-ċans”.
Il-priġunier Kirsten Catania qal li m’għadux jara droga fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Jirrakonta kif jiftakar s-sitwazzjoni, li d-droga fil-ħabs kont issibha aktar milli ssibha barra. B’Catania jammetti li mhux l-ewwel darba li ħa d-droga fil-ħabs.
Kirsten Catania, priġunier ieħor qal: “Rajt kemm-il darba u kont nabbuża mid-droga. Illum naqset ħafna”.
Jistqarr, kif bit-tmexxija tad-Direttur tal-Kurunell Alexander Dalli fil-ħabs daħħlet d-dixxiplina, li l-ħabsin kienu ilhom jixtiequ.
Huwa kompla jirrimarka li: “Qegħdin ngħixu f’ambjent uman. Daħlet is-sikkatura u allaħares ma jkunx hawn id-dixxiplina. Dik li bidlet l-ħabs”.
Dawn iż-żewġ priġunieri u 20 priġunier ieħor f’Diċemberu ħadu sehem f’logħba football kontra personalitajiet Maltin, bil-flus miġbura marru kollha għall-Malta Community Chest Fund.
Il-Koordinatur tal-isports fil-Faċilità Korettiva ta’ Kordin Mano Micallef itenni li l-isports u din l-attività kienu importanti għal dawk il-priġunieri u fihom ra sens ta’ sodisfazzjoni.
Mano Micallef, Koordinatur Sportiv qal: “Opportunità li jagħtu messaġġ lis-soċjetà dwar il-kwalitjaiet tajbin li għandhom fl-isports.
L-Erbgħa wara nofsinhar il-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia u d-Direttur tal-Ħabs il-Kurunell Alexander Dalli preżentaw dvds u ritratti li ttieħdu minn din il-logħoba football lill-priġunieri.