Tliet barranin ġew arrestati fit-3.00am mill-Pulizija tal-għassa tal-Imsida.
Dawn inqabdu jwettqu atti ta’ vandaliżmu fuq il-ħajt tal-flyover eżattament ħdejn il-Kappara Junction fil-viċinanzi tar-roundabout tal-gass.
Il-barranin kienu mara u żewġt irġiel, tnejn minnhom kienu ta’ nazzjonalità Ġermaniża u Svediż.
Malli l-Pulizija arrestawhom, sabulhom bottijiet tal-ispray, ingwanti u maskli tal-gass.
Il-Pulizija tal-Imsida għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet.