Michael Mifsud ta’ 53 sena ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li allegatament kien kompliċi f’serqa bl-armi fuq anzjana minn Ħal Qormi.
Il-każ seħħ f’Jannar li għadda meta Mark Anthony Cardona ta’ 41 sena, Ryan Briffa ta’ 28 sena u Patrick Mangion ta’ 46 sena, daħlu fuq anzjana wara li wieħed minnhom ippretenda li hu l-pustier tagħha.
Filmati minn CCTV waslu sabiex jinqabad Mifsud, li kien ix-xufier tal-karozza involuta fis-serqa.
Quddiem il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Francesco Depasquale, l-akkużat wieġeb li mhux ħati u ngħata l-ħelsien mill-arrest b’depożitu ta’ ħamest elef ewro u garanzija personali ta’ għaxrat elef ewro.