Il-President Amerikan Donald Trump u l-mexxej tat-Tramuntana tal-Korea Kim Jong-un se jibdew is-summit b’diskussjonijiet qosra u wara se jieklu flimkien.
Huma se jiddiskutu kif jistgħu jneħħu l-armi nukleari mill-penisola Koreana. Dawn huma l-miri tad-diskussjonijiet tagħhom f’ Hanoi.
Qabel ma jiltaqa’ mas-Sur Kim, il-President Trump se jkun qed jiltaqa’ mal-Prim Ministru tal-Vietnam u politiċi oħra.
Wara, huma se jmorru jieklu fil-lukanda ta’ 5 stilel, il-Metropole Hotel li tinsab f’Hanoi.
Trump kiteb fi tweet: “Il-Vietnam sejjer tajjeb ħafna u fil-futur qarib se jneħħi l-armi nukleari”.
“Il-potenzjal li hemm huwa ta’ min ifaħħru”.