Il-Gvern impenjat li jkollna trakka tal-karozzi – One News

Notifiki

Il-Gvern impenjat li jkollna trakka tal-karozzi

Il-Gvern Malti għamilha ċara għal darb’oħra li kif wettaq diversi proġetti sportivi, uħud minnhom li kienu ilhom snin fuq l-ixkaffa, se jwettaq l-impenn tiegħu li pajjiżna jkollu trakka għat-tiġrijiet tal-karozzi.

Il-Gvern qal dan b’risposta għal stqarrija maħruġa mill-Federazzoni Maltija għall-Motorsport aktar kmieni l-Erbgħa.

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Isport kien diġà ħabbar li għaddej proċess biex tiġi identifikata żona ideali li fuqha jsiru l-istudji u l-konsultazzjoni meħtieġa għal dan il-proġett.

Fi stqarrija l-Gvern żied jgħid li l-Federazzjoni Maltija għall-Motorsport taf sew b’dawn l-iżviluppi permezz ta’ numru ta’ laqgħat li saru magħha u ma jagħmel l-ebda sens li xi dettalji bdew jinħarġu fil-pubbliku f’nofs dawn id-diskussjonijiet.

Il-gvern qal li m’għandu l-ebda ħsieb illi jġelled lill-isportivi mal-ambjentalisti jew mar-residenti, u l-uniku għan tiegħu hu li tinstab l-aħjar għażla biex il-proġett jitwettaq b’mod sostenibbli u b’rispett lejn kulħadd.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend