Jinsab fi stadju avvanzat ix-xogħol fuq il-bini tal-Isptar privat St James f’Ħal Tarxien li l-ewwel fażi tiegħu se tiġi inawgurata f’Ġunju li ġej.
Fl-ewwel fażi, l-isptar mifrux fuq medda ta’ sitt elef u erba’ mitt kwadru ta’ art se jkollu 23 sodda.
Dan il-bini ser jieħu post l-isptar St James f’Ħaż Żabbar bil-għan li l-kumpanija tkompli tifrex aktar is-servizzi tagħha fosthom fir-radjoloġija, kura medika immedjata, dentistrija, fiżjoterapija kif ukoll servizzi kosmetici.
It-Tabib Josie Muscat, proprjetarju tal-Isptar St James qal li x-xewqa tiegħu kienet li jiftaħ sptar fin-Nofsinhar ta’ Malta.
“Dan qed joffri totalment xenarju differenti milli għandna Ħaż-Żabbar. Mhux għax kobor biss imma kumdita’ tan-nies il-mod sempliċi kif inhu ħadd ma jintilef magħmul very friendly. Nerġgħu nibdew biex inkunu minn tal-ewwel li ninvestu għal ġid tal-pazjenti,” qal Dr. Muscat.
Waqt żjara fuq il-lant tax-xogħol, id-Deputat Prim Ministru u Ministru ghas-Sahha Chris Fearne tkellem dwar l-irwol importanti li ghandhom l-isptarijiet privati f’Malta u semma kif bi shab maghhom, il-Gvern qed ikompli joffri l-oghla servizz u immedjat lill-pazzjenti li jirrikorru ghall-kura u fl-istess waqt tonqos il-lista ta’ stennija.
“Waħda mill-affarijiet li għamilna dan l-aħħar meta rajna li l-waiting list tad-dentisti qed jiżdiedu – out sourcjajna d-dentisti fil-privat u għalhekk eluf ta’ pazjenti li kieku baqgħu għal snin fil-waiting list ħadu servizz mingħand is-servizz privat u ħallas għalihom il-gvern,” qal Mr. Fearne.
Il-Ministru għas-Saħħa qal li l-Gvern gharaf li jimxi id f’id mal-privat; Tant, li xtara 400 operazzjoni mis-servizz privat sabiex minnhom gawdew u minghajr ebda hlas il-pazjenti Maltin.