Matul laqgħa li l-Kandidata għall-Parlament Ewropew, Lorna Vassallo kellha ma’ Oliver Scicluna, Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, hija ddiskutiet temi varji li jolqtu lil din il-minoranza fostna.
Ġie diskuss kif ċerti servizzi li l-Kummissjoni tipprovdi, fosthom trasport għall-membri, mhumiex biżżejjed magħrufa u hemm bżonn li ssirilhom pubbliċità.
Lorna Vassallo, li hi stess, soffriet minn diżabilità għal sena matul ħajjitha, sostniet li taqbel ma’ leave speċjali fuq ix-xogħol għal tali persuni.
Dan minħabba l-fatt illi affarijiet żgħar fil-ħajja lill-persuni b’diżabilità jeħdulhom ferm iktar ħin.
Hija ddiskutiet ukoll il-fatt li skont sħarriġ tal-Eurobarometer 2018, Malta hija fuq nett fejn jidħol hate speech fl-Unjoni.
Hija qalet li diversi politiċi jaħfru lil min għamel kummenti dwar diżabilità u mard, imma dawn l-atti jweġġgħu wkoll lil persuni li verament għandhom b’diżabilità jew mard u lill-familji tagħhom, kif ukoll lill-pubbliku li m’għandux diżabbilità.