Illum wara nofsinhar għall-ħabta tas-1.30pm, bosta kienu dawk li taw l-aħħar tislima lil Fr Noel Vella, Viċi Arċipriet ta’ San Girgor f’ tas-Sliema.
Ħafna jafu lill-Viċi Arċipriet bħala bniedem umli, li dejjem għex ħajtu fuq l-Evanġelu.
Huwa kien bniedem ta’ qalb tajba u dejjem kien lest biex jgħin lil oħrajn.
Dawk li kellhom l-okkażjoni li jiltaqgħu miegħu u anke dawk li ma jafuhx huma mitluba li jiftakru fih fit-talb tagħhom.