Persuni mill-komunità Sirjana f’Malta li matul il-jum tal-Ħadd ġabru mijiet ta’ awrat li tela’ l-art fix-Xemxija, qasmu dan il-ħut li tela’ l-art lill-familji li qalu kienu fil-bżonn.
Ritratti li ttellgħu fuq il-Facebook juru tliet irġiel bis-sajda li rnexxielhom jagħmlu fix-Xemxija.
Ir-ritratti juru wkoll il-ħut mixwi lest biex jittiekel.
Is-Sirjani qalu li l-familji li ngħataw il-ħut kienu lesti li jħallsu għalih, iżda rrifjutaw kull ħlas għax qalu li dan kien barka minn Alla.