Wara li saret konsultazzjoni mal-Protezzjoni Ċivili, li tkellmu mal-MET Office, għada l-iskejjel se jinfetħu normali, dan hekk kif il-maltemp ser jonqos u r-riħ se jinżel għal Forza 4.
Dalgħodu numru ta’ ħaddiema ntbagħatu fl-iskejjel wara li saħlu xi rapporti ta’ ħsarat.
Intant għada l-Prinċipali tal-Kulleġġi u s-Sezzjoni tax-Xogħlijiet fil-Ministeru tal-Edukazzjoni se jaraw is-sitwazzjoni fl-iskejjel u se jintervjenu skond il-bżonn.