Minħabba li r-rebbieħa tal-Oscars ta’ din is-sena se jitħabbru fil-25 ta’ Frar, il-belt ta’ Hollywood qed tqassam premjijiet. Premjijiet li ħadd ma jixtieq li jkun nominat għalihom.
Ir-rebbieħa tal-Golden Raspberries, li huma premjijiet għall-agħar films ġew imħabbra.
Sherlock Holmes rehash Holmes & Watson rebaħ 4 premjijiet fosthom dak għall-agħar film u l-agħar supporting actor li ntrebaħ minn John C Reilly.
Melissa McCarthy rebħet il-premju għall-agħar attriċi.
Hi rċeviet dan il-premju għall-films The Happytime Murders u Life of the Party.
Madanakollu, hija rċeviet premju għall-aħjar attriċi fil-film Can You Ever Forgive Me?