Il-Poplu Malti jaqbilu li l-Partit Nazzjoanlista imexxi l-pajjiż. Hekk stqarret id-Deputat Nazzjonalista Kristy Debono meta indirizzat il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista.
Taħt Gvern Nazzjonalista, il-poplu Malti kien iħallas fost l-għola kontijiet tad-dawl u l-ekonomija Maltija kienet sejra l-baħar, tant li flok surplus bdejna nirreġistraw defiċit.
Hija qalet li “Pajjiżna jaqbillu aħjar bil-PN u l-viżjoni tagħna.”
Fil-kunsill Ġenerali spikkaw ukoll interventi surreali mingħand esponenti nazzjonalisti fosthom James Aaron Ellul, li qal li taħt Gvern Laburista għandna d-dejn.
James Aaron Ellul, Kandidat tal-PN qal: “ Spiċċajna mill-ġdid bil-kotba tad-dejn”.
Filwaqt li Joseph Magri qal li nqata l-istipendju għall-istudenti. Iżda kien dan il-Gvern li żied l-istipendju prorata mal-għoli tal-ħajja.
Joseph Magri, Kunsillier tal-PN qal: “ Ħaddieħor qatalna l-istipendju”.
Il-Kunsill Ġenerali reġa serva bħala opportunità oħra biex il-kunsillieri nazzjonalisti jappellaw sabiex il-fazzjoni tal-Kap Adrian Delia u l-fazzjoni tal-eks kap nazzjonalista Simon Busuttil, jingħaqdu. Tlett xhur biss ‘il bogħod mill-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-kunsilli lokali.
Id-deputat nazzjonalista Toni Bezzina appella għall-għaqda wara Adrian Delia u miegħu ingħaqdu wkoll kunsillieri nazzjonalisti.
Toni Bezzina, Deputat tal-PN qal: “Ejja ningħaqdu lkoll wara Adrian Delia”.
Il-Partit Nazzjonalista ilu fis-stat ta’ firda u inkwiet mill-kampanja sabiex jiġi elett Kap tal-Partit, f’Settembru 2017. Il-blogger Daphne Caruana Calizia kienet allegat li Adrian Delia daħħal flus f’kont bankarju f’Jersey.
Il-Kampanja kienet waħda qalila, b’ħu Adrian Delia, Anthony Delia jgħid li dak il-perjodu ma kien faċli xejn.
Huwa qal: “Xejn ma kienet faċli l-elezzjoni tal-ħatra tal-Partit”.
Bid-deputat Mario De Marco tefa’ botta għall-futur ta’ Adrian Delia bħala Kap Nazzjonalista. Qal li rridu naraw x’se jsir wara l-elezzjonijiet ta’ Mejju.
Botta li jekk il-Partit Nazzjonalita imur ħazin f’dawn l-elezzjonijiet, iridu jaraw x’se jsir b’Adrian Delia.
Id-Deputat tal-PN Mario De Marco qal: “Din l-elezzjoni hija importanti u Iridu naraw x’se nagħmlu”.
Il-kunsill Ġeneral ġie indirizzat ukoll minn Louise Tedesco li f’diskors partiġjann qalet li huma n-nazzjonalisti li jħobbu lil Malta.
Louise Tedesco, Kandidata tal-PN qalet: “Din tfisser li tkun nazzjonalista. Nazzjonalist tħobb lil Malta”.