Mill-inqas 70 persuna mietu u 200 oħra qed jiġu kkurati l-isptar wara li xorbu alkoħol tossiku fl-Indja.
Ħafna mill-vittmi kienu nisa li kienu jaħdmu fl-għelieqi fejn jikkultivaw it-te fl-istat ta’ Assam.
Skont rapporti tal-lokal, in-numru ta’ mwiet mistenni jitla.
L-ewwel vittmi mietu l-Ħamis li għadda.
Is-supretendent tal-pulizija tad-distrett ta’ Golaghat qal li 58 persuna fid-distrett mietu wara li xorbu alkoħol illegali.
12 il-persuna oħra mietu wara li kkunsmaw din ix-xarba velenuża.