Illum, mistenni jkollna ħalbiet iżolati ta’ xita li se jiżvolġu f’ħalbiet tas-silġ bir-ragħad.
It-temperaturi se jinżlu bejn is-6 u t-8 gradi Celsius.
Fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu, r-riħ se jkun bejn Forza 8-9.
Riħ ta’ forza 9 jikkawża bosta ħsarat lill-binjiet u ħafna sidien ta’ dgħajjes fil-lokalitajiet ta’ San Pawl il-Baħar, il-Port ta’ Marsamxett kif ukoll dak tal-Port il-Kbir intalbu jtellgħu d-dgħajjes tagħhom l-art minħabba li l-akkwati se jesperjenzaw Grigalata.
It-temp mistenni jikkalma fil-ġurnata t’għada fejn ir-riħ se jkun ta’ forza 6 b’temperatura ta’ 13-il grad Celsius.