Tfal nieqsa mid-dawl b’għajnuna speċjali – One News

Notifiki

Tfal nieqsa mid-dawl b’għajnuna speċjali

25 familja li għandha wlied nieqsa mid-dawl illum ingħataw assisted devices biex uliedhom ikunu jistgħu jaqraw, jistudjaw, u jlaħħqu mal-kurrikulu edukattiv. Din kienet inizjattiva mill-President’s Trust Foundation u mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni li bdiet f’Marzu li għadda.

Sara Bondin, id-Direttur tal-Fondazzjoni, spjegat ma’ ONE News li f’Diċembru li għadda, 40 familja diġà ngħataw dan it-tagħmir, u kellhom biss kliem ta’ apprezzament għal kull min kellu sehem fil-proġett. 

Sara Bondin, id-Direttur tal-Fondazzjoni tal-President qalet: “Kellna feedback pożittiv ħafna. Permezz tad-devices, fejn anke ġew imħarrġa l-għalliema ta’ dawn it-tfal biex ikunu jistgħu jgħallmuhom jużawhom, dawn illum jistgħu jaċċessaw il-kurrikulu u jkunu komdi jaqraw bħal sħabhom fil-klassi”. 

Il-familji ta’ dawn it-tfal ma jħallsu xejn għal dan is-servizz għaliex dan qed jingħatalhom mill-Fondazzjoni, grazzi għal kollaborazzjoni ma’ diversi entitajiet privati.

Hija kompliet billi qalet: “Għandha ftit tfal oħra jistennew dan is-servizz għax li għamilna, għamilna profiling ta’ kill tifel u tifla li huma nieqsa mid-dawl biex naraw il-bżonnijiet individwali ta’ kull tifel u tifla. Dan kien tailor made għal kull tifel u tifla”.

Bondin fakkret ukoll li din l-inizjattiva kienet frott ħolma tal-President Marie-Louise Coleiro Preca li tgħin kemm jista’ jkun tfal vulnerabbli.

Il-President Coleiro Preca qalet li hija kburija kemm din il-Fondazzjoni privata ressqet proġetti f’dawn l-aħħar snin. Qalet ukoll li dan il-proġett partikolari li qed jolqot faxxa ta’ tfal vulnerabbli, sar b’kollaborazzjoni ma’ diversi entitajiet privati li għenu biex il-proġett jitħallas u biex issir ir-riċerka medika u teknoloġika li kien hemm bżonn.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend