Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-demm għal darba oħra qed jagħmel sejħa urġenti għad-donazzjonijiet tad-demm biex ikun jista’ jipprovdi demm fil-ħin lil kull pazjent li bħalissa qed jiġi rikoverat fl-isptarijiet tal-gżejjer Maltin.
F’dan il-mument ta’ urġenza kull min hu f’saħħtu hu mitlub biex juri solidarjetà mal-pazjenti li qed jistennew trasfużjonijiet tad-demm.
Kull tip ta’ demm hu meħtieġ.
Iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa jiftaħ kuljum (inkluż is-Sibt u l-Ħadd) mit-8 ta’ filgħodu sas-6 ta’ filgħaxija.
Informazzjoni dettaljata dwar l-għoti tad-demm tista’ tinkiseb minn: www.blood.gov.mt