Taljan ta’ 28 sena ġie mmultat €400 wara li nqabad ipejjep f’kompartament ta’ ajruplan.
Huwa kien akkużat li pejjep fi żmien meta t-tipjip huwa pprojbit permezz ta’ avviż esibit minn jew f’isem il-kmandant ta’ l-ajruplan.
It-Taljan wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu.