Grace Gatt ta’ 50 sena ngħatat 9 xhur ħabs sospiżi għal 4 snin u ġiet immultata €3,500, wara li nstabet ħatja li għamlet ix-xogħol ta’ investigatur privat mingħajr liċenzja.
Dawn il-każijiet seħħew bejn l-2006 u l-2007 u ġew għall-attenzjoni tal-pulizija wara li fl-Għassa tal-Ħamrun saru diversi rapporti li xi ħadd qed isus warajhom.
Gatt li kienet parti mill-Korp tal-Pulizija sal-2001, tqabbdet isegwi tfajla mill-ġenituri tagħha wara li telqet mid-dar u li Gatt qabdet isegwi raġel jieħu l-filmati ta’ raġel ieħor.