Malta se tkun l-ewwel pajjiż fid-dinja li joħroġ iċ-ċertifikati edukattivi kollha fuq il-pjattaforma tal-Blockchain.
Dan filwaqt li l-individwu jista’ jkollu aċċess għaċ-ċertifikati tiegħu permezz ta’ app bl-isem Blockcerts u għalhekk mhux se jkollu għalfejn imur b’saqajh fl-istituzzjonijiet edukattivi li attenda biex joħorġulu ċ-ċertifikati.
Inizjattiva li rat il-bidu tagħha fl-2017 permezz ta’ proġett pilota f’erba’ istituzzjonijiet edukattivi foshtom l-MCAST u l-ITS.
Natalie Smolenski minn Learning Machine spjegat kif wara li ġiet pruvata s-sistema u kien assigurat li taħdem b’mod sigur, il-pass li jmiss kien li tinfirex mal-pajjiż kollu.
Natalie Smolenski mil-Learning Machine qalet: “We’re now getting ready to scale up to additional Maltese institutions like the University of Malta which also runs the Matsec programme, many other secondary schools that also issue school leaving certificates and others. So in addition we’re adding new types of credentials like academic transcripts in stage two of the pilot and then even beyond.”
Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li Malta verament saret il-blockchain island, u nkiseb suċċess enormi fi żmien qasir.
Sostna li Malta attirat ħafna talent, nies u ideat ġodda, u permezz ta’ hekk, il-poplu se jħoss l-impatt ta’ din it-teknoloġija f’diversi setturi bażiċi.
Mistoqsija dwar pajjiżna, Smolenski qalet li f’Malta sabu impenn lejn l-edukazzjoni u l-innovazzjoni teknoloġika.
Hija kompliet billi qalet: “We need people who are willing to implement it and willing to be first and to take first step and that’s what we found in Malta, was that courage to be open.”
Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo saħaq li s-suċċess bil-blockchain kien grazzi għal fatt li f’Malta hawn ekonomija b’saħħitha, iktar ġid u ġustizzja soċjali.
Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri qal li l-memorandum of understanding iffirmat il-Ħamis f’Kastilja mal-kumpanija Learning Machine jafferma mill-ġdid l-impenn li Malta tkompli tħaddan u tisfrutta l-blockchain.
Silvio Schembri s-Segretarju Parlamentari qal: “Qegħdin naraw issa proċessi wkoll eżempju fir-registry of companies fejn il-kumpaniji ħa jibdew jaraw sistemi innovattivi anke fuq blockchain u artificial intelligence, fis-settur tas-saħħa, fis-settur tal-land registry u anke areas oħra li ħa nkunu qed nimplimentaw dit-teknologija tagħmel ħafna iżjed effiċjenza”.
Fid-dawl li hemm bżonn ta’ iktar Maltin f’dan is-settur, il-Gvern qed ikompli jinvesti fl-istudenti.
Huwa kompla billi qal: “Min nhar it-Tnejn ħa jerġgħu jiftħu l- applikazzjoni għat-tieni sejħa għall-ischolarship fund li qed nagħmlu fejn hemmhekk ħa nkunu qed inħallsu l-ispejjez kollha relatati ta’ dawk l-istudenti li jkunu qed jispeċjalizzaw fqu livell ta’ masters jew Ph.D fis-settur tal-blockchain”.
Dan filwaqt li minn Ottubru li ġej, ċertu korsijiet tal-Università se jkollhom credits li għandhom x’jaqsmu mal-blockchain. Dan sabiex għada pitgħada naraw professjonisti speċjalizzati fil-qasam tal-blockchain.