Il-President Trump jordna biex tfajla 'Amerikana' li ssieħbet mal-ISIS ma titħalliex tirritorna l-Istati Uniti | One News

Notifiki

Il-President Trump jordna biex tfajla ‘Amerikana’ li ssieħbet mal-ISIS ma titħalliex tirritorna l-Istati Uniti

Il-President Amerikan Donald Trump qal li l-mara li telqet mill-Istati Uniti biex tissieħeb fil-kalifat terroristiku tal-Istat Iżlamiku mhux se titħalla tirritorna l-Istati Uniti.


Fuq il-paġna uffiċjali tiegħu ta’ Twitter, Trump spjega li ta struzzjonijiet lis-Segretarju tal-Istat Mike Pompeo biex Hoda Muthana ta’ 24 sena mhux se tibqa’ rikonoxxuta bħala ċittadina Amerikana u mhux se titħalla tidħol lura l-Istati uniti.

Dan minkejja li familtha u l-avukat tagħha qed jibqgħu jinsistu li hija ċittadina Amerikana bi dritt.

Muthana trabbiet fl-Istat Amerikan ta’ Alabama, u ħarbet lejn is-Sirja meta kellha biss 20 sena.

Dak iż-żmien hija qalet lil familtha li kienet sejra tistudja f’Università fit-Turkija. Dan il-każ huwa eku tal-każ Shamima Begum ta’ 19-il sena li fl-aħħar sigħat itteħditilha ċ-ċittadinanza Ingliża.

Dan wara li ssieħbet mal-Istat Iżlamiku fl-2015, iżda issa trid tirritorna fir-Renju Unit ma’ binha tat-twelid.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend