Wieħed mill-għola Kardinali tal-Knisja Kattolika, Oswald Gracias, li hu l-Arċisqof ta’ Mumbai se jkun wieħed mill-kelliema tal- Konferenza fil-Vatikan fuq l-abbuż tat-tfal din il-ġimgħa.
F’ 2 każijiet separati, il-Kardinal naqas milli joffri s-sapport lill-vittmi ta’ abbuż.
Il-vittmi u dawk li joffrulhom sostenn allegaw li meta l-Kardinal Gracias sar jaf b’dak li ġara fil-każ ta’ dawn l-allegazzjonijiet ta’ abbuż sesswali minn qassisin, ma ħadhomx bis-serjetà.
Il-Kattoliċi Indjani stqarru li hemm kultura ta’ biża u silenzju fejn jidħol abbuż mill-qassisin.