Gwyneth Paltrow reġgħet qed tfittex lill-ispeċjalista tal-għajnejn li fl-2016, f’inċident f’ resort tal-iskiing, kien akkużaha li kkawżatlu ksur fil-kustilji u ħsara f’moħħu.
Ix-xahar li għadda, Terry Sanderson ta’ 72 sena fittex lill-attriċi għad-danni li jammontaw għal $3.1m.
Hu qal li Paltrow waqqgħetu u kkawżatlu ħsara f’moħħu u kisritlu l-kustilji.
Skont l-avukati ta’ Paltrow, Sanderson m’għandux raġun u qed jipprova jieħu vantaġġ miċ-ċelebrità u l-flus tagħha.
Hi qed tfittex għal $1 miljun f’danni.
Min-naħa l-oħra, l-avukati ta’ Sanderson qed jgħidu li fis-26 ta’ Frar tal-2016, Paltrow kienet qed tiskijja b’veloċità qawwija, u laqtitu minn wara.
Sanderson spiċċa waqa’ fis-silġ u ntilef minn sensih.
B’konsegwenza ta’ dan, huwa sofra ħsara f’moħħu, esperjenza mumenti fejn tilef il-memorja u kiser 4 kustilji.
Hu esperjenza wkoll bdil fil-personalità tiegħu.