Żewġ Maltin li bħalissa jinsabu f’Tokyo jirrappreżentaw lil Malta f’konferenza internazzjonali ħadu sorpriża mhux tas-soltu meta ħabtu ma’ Ġappuniż li kien jaf ilissen aktar minn kelmtejn b’ilsienna.
Ma’ One News Chistopher Cassar qalilna li fi tmiem il-konferenza ltaqgħu mal-Ġappuniż li malli qalulu li ġejjin mill-gżira ċkejkna ta’ Malta, dlonk neħħa l-basket li kellu mdendel miegħu u b’passjoni kbira beda jkanta l-vrus tal-Innu Malta mill-pinna tal-poeta nazzjonali ta’ Malta Dun Karm Psaila u mużika ta’ Robert Samut.
Christopher qalilna li baqa’ impressjonat mhux biss bil-ħila ta’ dan l-artist iżda fuq kollox kburi b’ilsien pajjiżna li spiċċa wkoll mitħaddet minn dan il-Ġappuniż.