Proġett pilota li beda fl-2017 issa se jkun mifrux mal-pajjiż kollu.
Permezz ta’ Learning Machine, l-istituzzjonijiet edukattivi se joħorġu ċ-ċertifikati permezz tal-blockchain.
Nathalie Smolenski minn Learning Machine spjegat kif kien hemm rispons b’saħħtu ħafna mill-erba’ istituzzjonijiet li fihom sar il- proġett pilota.
Saħqet li Malta kienet il-pajjiż ideali għall-operat tagħhom grazzi għall-impenn tal-gvern li Malta ssir il-Blockchain Island.
Fid-diskors tiegħu il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dan it-tragward intleħaq, pajjiżna jsir l-ewwel wieħed fid-dinja li jkollu ċ- ċertifikati edukattivi fuq il-blockchain.
Sostna wkoll li pajjiżna tant kiseb suċċess f’dan il-qasam f’qasir żmien li xi kultant ħafna nies ma jifhmux l-importanza ta’ dan is- suċċess.
Tħabbar ukoll li min-nhar it-Tnejn li ġej, se toħroġ it-tieni sejħa għall-Ischolarship Fund, fejn il-Gvern qed jiffinanzja l-istudji tal-istudenti li jkunu qed jispeċjalizzaw f’Masters jew Dottorat fuq il-Blockchain.