Kurt Grima ntbagħat 20 xahar ħabs wara li nqabad li ta verżjonijiet differenti fil-Qrati dwar x’ġara lura f’Ottubru tal-2014.
Il-Qorti sabet lil Grima ħati li seraq diversi affarijiet minn binja privata fil-Kalkara.
Fil-bidu, Grima qal li meta ġara l-każ, huwa kiser saqajh u għalhekk ma setax jimxi jew jisraq, iżda imbagħad fil-Qorti ta verżjoni oħra.
Huwa qal li kiser saqajh f’Diċembru tal-2013, kważi sena qabel ma ġara l-każ.
Grima appella mis-sentenza tal-ħabs għaliex ċaħad li kien il-moħħ wara s-serqa u qal li l-piena ma kinitx f’lokha biex jirrabilita ruħu lura fis-soċjetà.